L-Arċisqof iżur lill-kuntistabbli Simon Schembri fl-isptar

L-Arċisqof Charles Scicluna dalgħodu żar lill-kuntistabbli Simon Schembri li jinsab rikoverat fl-isptar.
Fil-jiem li għaddew, Schembri ttajjar u ġie mkaxkar għal diversi metri minn żagħżugħ ta’ 17-il sena li qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil. Għal xi jiem Schembri kien jinsab fil-periklu tal-mewt.
Mons. Scicluna wera s-solidarjetà miegħu u ma’ qrabatu, filwaqt li wegħdu li jinsab fi ħsiebu u f'talbu.
L-Arċisqof żar lil Schembri eżatt wara li dalgħodu amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil grupp ta’ 53 adolexxent fil-Knisja Tal-Ibraġ.