Filmat: L-Arċisqof iwiegħed it-talb tiegħu lill-vittmi u qrabathom

L-Arċisqof Charles Scicluna ta r-reazzjoni tiegħu għall-incident fiż-Żurrieq li sar ftit tal-minuti qabel kien mistenni jiġi intervistat LIVE waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM.
Mons. Scicluna wiegħed it-talb tiegħu, kemm għal vittmi li tilfu ħajjithom, dawk li sfaw feruti u l-qraba tagħhom, iżda wiegħed ukoll it-talb tiegħu għall-ħaddiema li qegħdin jagħmlu ħilithom sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lil vittmi fuq il-post tal-inċident.