L-Arċisqof iqassam €960,000 mill-kampanja RTK4Charity

L-Arċisqof Charles Scicluna dalgħodu ppreżenta għotja ta’ €960,000 lill-diversi entitajiet tal-Knisja.
Il-flus inġabru waqt il-kampanji ta’ ġbir ta’ fondi organizzati minn RTK bħala parti mill-iniżjattiva RTK4Charity.
L-Arċisqof irringrazzja lill-RTK ta’ din l-għotja għal dawk fil-bżonn u qassam l-għotja lid-diretturi tal-Uffiċċju Ċentrali Djar tat-Tfal, lit-Taqsima Refuġjati, lid-Dar tal-Kleru, lid-Dar tal-Providenza u lil familji fil-bżonn f’Għawdex.

Il-kap tal-istazzjon Karl Wright qal li f’20 sena l-RTK irnexxielu jiġbor aktar minn €9 miljun. Qal ukoll li permezz ta’ din il-kampanja, l-RTK qed jagħti kontribut siewi lil dawk li qiegħdin fil-bżonn.