L-Arċisqof iqaddes għal ruħ il-Kardinal Grech il-Ħamis

Il-ġisem tal-Kardinal Prospero Grech f’Malta nhar l-Erbgħa

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jippresjedi l-quddiesa għal ruħ il-Kardinal Prospero Grech nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Quddiesa praesente cadavere se ssir fil-Katidral tal-Imdina fis-2pm. Il-ġisem tal-Kardinal Grech se jinġieb Malta l-ġurnata ta’ qabel jiġifieri nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar.

Il-Provinċja Agostinjana Maltija fi stqarrija qalet li l-Ħamis filgħodu l-ġisem tal-Kardinal se jkun fil-Kunvent ta’ San Mark, ir-Rabat għar-rispett tal-pubbliku. Hemmhekk wieħed ikun jista’ jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

Il-funeral tiegħu sar fil-Vatikan ilbieraħ bl-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż inkluż il-President ta’ Malta George Vella u l-mara tiegħu kienu preżenti.