L-Arċisqof iqaddes f’għeluq il-ġimgħa mill-assassinju ta’ DCG

L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa b’suffraġju għal ruħ il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, f’għeluq il-ġimgħa mill-assassinju tagħha.
Daphne Caruana Galizia nqatlet b’bomba fil-karozza qrib ir-residenza tagħha fil-Bidnija.

//platform.twitter.com/widgets.js

Il-quddiesa se ssir fil-Kappella tal-Bidnija, iddedikata lill-Familja Mqaddsa, nhar it-Tnejn li ġej fit-3pm.
Sadanittant, ilbieraħ il-Papa stess f'telegramma bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u wera l-viċinanza tiegħu mal-poplu Malti “f’dan iż-żmien diffiċli.”
Id-data tal-funeral ta' DCG għadha ma tħabbritx. Ilbieraħ saret l-awtopsja fuq il-katavru tagħha.