Filmat: Lill-Maltin l-Arċisqof jagħmlilhom l-istess mistoqsija li għamel Ġesù

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=cZ_DaA3DQQw]

L-Arċisqof Charles Scicluna sostna li fil-Ġimgħa l-Kbira Ġesù jistaqsina l-mistoqsija li staqsa lis-suldati li ġew ifittxuh fl-Ort tal-Ġetsemani, u jisfidana nistaqsu lilna nfusna, “Aħna lil min qed infittxu?”.
F’omelija qsajra waqt l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej mill-Konkatidral ta' San Ġwann, Mons. Scicluna qal li dil-mistoqsija l-Mulej ipoġġihielna kull darba li niddubitaw fih, niskandalizzaw ruġna bis-salib imqaddes tiegħu, jew nimmaġinawh bħala xi Alla li jaqdina fil-ħtiġijiet tagħna wara li nkunu xtrajnieh b’xi xemgħa jew wegħda.
U din il-mistoqsija nisimgħuha fil-fond tal-kuxjenza.
Hawnhekk l-Arċisqof qal li biex il-bniedem jifhem ’l Alla jrid jifhem il-passjoni tiegħu, u jilqgħu kif ried hu.
U Ġesù ried li min jilqgħu iħalli kollox warajh, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi triqtu, kif fil-fatt għamel hu mgħobbi bis-salib.
Kompla billi qal li fit-tbatija ta’ Ġesù għandna naraw is-sofferenza tal-bniedem f’kull epoka taż-żminijiet.
Ritratt: Ian Noel Pace