L-Arċisqof il-ġdid jintgħażel mill-Knisja u mhux mill-PM

Skond digriet tal-Kunsill Vatikan it-Tieni, l-Arċisqof il-ġdid jintgħażel biss mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi. Dan isir mingħajr indħil mill-awtoritajiet ċivili.
Id-digriet maħruġ minn Papa Pawlu VI f’Ottubru, 1965 jispjega li billi l-uffiċċju appostoliku tnieda minn Ġesù Kristu u għandu skop spiritwali, id-dritt għall-ħatra tal-isqfijiet huwa esklussivament f’idejn l-awtoritajiet ekkleżjastiċi.
Bil-għan li l-Knisja tipproteġi l-libertà tagħha u biex tippromwovi aktar il-ġid tal-Fidili, ma jingħatax aktar il-privileġġ lill-awtoritajiet ċivili biex jagħżlu l-Isqfijiet ġodda.
Id-digriet ikompli jispjega li filwaqt li l-isqfijiet jirrikonoxxu l-attitudni pożittivi tal-awtoritajiet ċivili lejn il-Knisja, dawn jintalbu biex volontarjament ma jieħdux sehem fl-għażla tal-Isqfijiet ġodda.
Dalgħodu, xi ġurnali rrappurtaw li l-Prim Ministru jista’ jagħżel hu min ikun l-Arċisqof il-ġdid.

Ritratt: Flickr