L-Arċisqof iġedded l-istedina lill-Papa biex jiġi Malta

"Nispera li xi darba jaċċetta l-open invitation li għandu"

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li din il-ġimgħa huwa se jerġa jiltaqa’ mal-Papa Franġisku. Huwa stqarr li jittama li xi darba l-Papa jaċċetta dik li sejjaħ “open invitation” tal-Isqfijiet biex iżur Malta.

Meta kien qed jiġi intervistat minn Fr Joe Borg fuq Newsbook.com.mt, l-Arċisqof stqarr li meta fl-aħħar ġimagħtejn il-Papa semma lill-Maltin, u ddeskrivihom bħala “poplu ta’ qalb tajba”, din ħeġġet lill-Isqfijiet iġeddu din l-istedina. Stqarr li meta jiltaqa’ mal-Maltin, il-Papa dejjem jaħseb “f’dan il-poplu fil-periferija tal-Ewropa, li jkollu l-isfida kbira li jilqa’ lil gruppi ta’ immigranti u jurihom imħabba u ġenerożità”.

L-aħħar darba li l-Papa Franġisku semma lill-Maltin, sejħilhom ‘bravi’ għal mod kif laqgħu lil San Pawl elfejn sena ilu.

Mons. Charles Scicluna se jkun qed jiltaqa’ mal-Papa ftit tal-jiem oħra.