Read in English.
L-Arċisqof George Frendo ħareġ mill-isptar f’Bari fl-Italja fejn kien qed jirċievi l-kura minħabba l-coronavirus, u issa qiegħed għand il-Kapuċċini ta’ Bari. Huwa kien rilaxxat mill-isptar wara li t-tobba ddikjarawh “klinikament imfejjaq.”
Huwa, iżda, għadu jistenna r-riżultat ta’ xi testijiet biex jikkonfermaw definittivament il-ġudizzju tal-tobba.
L-Arċisqof Frendo huwa l-Arċisqof ta’ Tirana u l-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Albaniżi.
Meta ddaħħal l-isptar
L-Arċisqof Frendo jiddaħħal l-isptar minħabba l-Covid-19
Kien fit-12 ta’ Novembru li l-Arċisqof Frendo ddaħħal fl-isptar f’Tirana, fl-Albanija minħabba li żviluppa problemi respiratorji bil-coronavirus. Huwa mbagħad kien trasferit fi sptar f’Bari, l-Italja.