​L-Arċisqof George Frendo jingħata ċ-ċittadinanza Albaniża

Il-President Albaniż Ilir Meta ta ċ-ċittadinanza Albaniża lil Mons. George Frendo, Arċisqof ta’ Tirana-Durres.
Huwa ħabbar din id-deċiżjoni waqt Quddiesa fil-Katidral Shen Pali f’Tirana, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju minn meta San Ġwanni Pawlu t-Tieni żar l-Albanija.
Ilir Meta qal li Mons. Frendo serva u kkontribwixxa biex jgħin lill-foqra u familji fil-bżonn.
Stqarr li xogħlu bidel il-Knisja Kattolika f’fattur spiritwali progressiv multidinamiku fl-Albanija.