L-Arċisqof Frendo f’qagħda stabbli; se jiċċelebra quddiesa fl-isptar

Read in English.

L-Arċisqof Malti f’Tirana l-Albanija, George Frendo jinsab f’qagħda stabbli wara li jumejn ilu ddaħħal l-isptar fl-Albanija minħabba li żviluppa problemi fin-nifs.

L-Isqof Frendo kien ilu taħt l-osservazzjoni fir-residenza privata tiegħu minn meta ġie pożittiv għall-Covid-19.

Ilbieraħ Frendo ttieħed f’Bari l-Italja flimkien mal-Kapuċċin Fr Bonaventura b’ajruplan militari Taljan.

F’kitba fuq Facebook, il-Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, fil-Birgu ħabbar li l-Arċisqof Frendo jinsab f’qagħda stabbli u għada se jkun qiegħed jiċċelebra quddiesa għall-pażjenti tal-istess sptar.