Read in English.
Pastur tal-Arċisqof Charles Scicluna sab postu fi presepju Naplitan li jintrama’ fil-Katidral tal-Imdina kull sena.
Dawn il-presepji huma replika tax-xena tan-natività, li tinkludi lil Marija u lil Ġużeppi madwar il-maxtura li fiha hemm Ġesù Bambin filwaqt li r-ragħajja, is-Slaten Maġi, il-baqra u l-ħmara jħarsu.
Il-prespju Naplitan fih figuri li mhumiex bibliċi. Din il-kollezzjoni hija miġbura minn Monsinjur Edgar Vella li kull sena jarma dan il-presepju fil-Katidral tal-Imdina.
Fl-2017, Mons. Vella żied lil San Ġorġ Preca f’dan il-presepju. Ma’ Newsbook.com.mt, Monsinjur Vella spjega li dawn il-presepji Naplitani juru l-ambjent Naplitan li kien jeżisti madwar 300 sena ilu.
Dan il-pastur ġie maħdum mill-artist Naplitan, Aniello Accardo.