​L-Arċisqof Emeritu Cremona se jattendi l-mixja favur il-ħajja

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona se jattendi l-mixja favur il-ħajja li se ssir il-Ħadd li ġej.
L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech kienu diġà ħabbru li se jattendu l-manifestazzjoni favur il-ħajja li se ssir il-Ħadd li ġej.
Dan qaluh fuq Twitter fejn talbu lill-“bnedmin kollha ta’ rieda tajba” sabiex jattendu din il-mixja li se tibda fl-4pm minn Kastilja u tibqa’ sejra sal-Parlament.
Il-mixja qed issir bħala risposta għall-emendi proposti mill-Gvern dwar l-Att għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.
L-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin u speċjalista rtirat fill-mediċina tal-familja, Dr George Vella stqarr li jemmen bis-sħiħ li l-ebda leġiżlatur b’kuxjenza tajba ma jista’ qatt japprova ċerti prattiċi fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Il-mixja se tibda fl-4:00pm quddiem Kastilja.