Read in English.
L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei t-Tnejn filgħaxija. Dan wara li nżamm l-isptar għall-osservazzjoni.
Dan wara li aktar kmieni llum ħassu ma jiflaħx waqt li kien fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat.
Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt, li l-Arċisqof Emeritu mhux f’qagħda kritika kif kien irrappurtat f’sezzjoni tal-midja.
L-Arċisqof Charles Scicluna żar u awgura fejqan ta’ malajr lil Mons. Cremona u
wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta f’dan il-mument.
Mons. Pawlu Cremona kien ġie ikkonsagrat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007.