L-Arċisqof Cremona jirringrazzja lis-saċerdoti personalment

F’ittra mibgħuta lis-saċerdoti kollha, l-Arċisqof Pawlu Cremona irringrazzjahom għall-għajnuna li dejjem tawh matul is-snin li serva bħala l-Isqof tagħhom. Din l-ittra intbagħtet illum wara li tħabbret ir-riżenja tiegħu.
Fl-ittra tiegħu, Mons. Cremona qal li jiddispjaċih li kellu jieħu d-deċiżjoni, imma dan għamlu ‘b’kuxjenza safja għall-ġid tal-Knisja’.
Mons. Cremona talab maħfra jekk weġġa’ lil xi ħadd mis-saċerdoti, imma spjega li l-intenzjoniji tiegħu dejjem kienet li jkun ta’ ġid u ta’ servizz għal kull wieħed minnhom.
Huwa ħeġġiġhom biex jitolbu għall-Knisja f’Malta, ħalli l-Mulej jieħu ħsiebha u jberikha. Appella biex ikomplu jaqdu lill-Poplu t’Alla bl-akbar umanità u qdusija, biex iressquh dejjem aktar qrib tar-ragħaj ewlieni Sidna Ġesu' Kristu.
Tista' taqra l-ittra li Mons. Cremona bagħat lis-saċerdoti.