Filmat: L-Arċisqof b’messaġġ għat-tfal waqt li jdoqq

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna daqq l-orgni tal-ħalq f’filmat mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, li fih għadda messaġġ speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa lit-tfal kollha.

L-orgni kien wieħed mit-tliet affarijiet għeżież għall-Arċisqof u li jfakkruh fit-tfulija tiegħu. L-oħrajn huma candle holder f’forma ta’ stilla li kien għamel fil-Form 1 u kuruna li ilu jżommha fil-but minn meta għamel l-Ewwel Tqarbina.

Mons. Scicluna appella lit-tfal biex iċemplu lin-nanniet tagħhom u biex xorta jistudjaw, jgħinu fid-dar u kemm jista’ jkun jagħmlu paċi malajr meta jkollhom xi jgħidu mal-aħwa. Stedinhom biex isegwu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Knisja fuq it-televixin u biex jitolbu mal-familji tagħhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn