L-Arċisqof b’laqgħat speċjali mal-pulizija, mat-tfal u mal-Arċisqof ta’ Turin

Read in English.

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija, l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Din se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Lulju fid-9am. Il-quddiesa għandha tixxandar lajv fuq l-istazzjon tal-YouTube tal-Knisja.

F’Lulju, l-Arċisqof għandu numru ta’ impenji oħra, fosthom li jamministra s-sagrament tal-griżma f’San Pawl il-Baħar fl-1 ta’ Lulju, li jinawgura ċentru tad-duttrina fl-Imsida fit-13 ta’ Lulju, u li jqaddes quddiesa mal-Arċisqof ta’ Turin, Mons. Cesare Nosiglia, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann is-Sibt 21 ta’ Lulju fis-6pm.

Din il-quddiesa se tkun parti mill-proġett ta’ evanġelizzazzjoni tal-Komunità Abramo bl-isem ‘L-Akbar Imħabba,’ u fiha se jkun hemm kopja awtentika tal-liżar ta’ Kristu.