L-Arċisqof b’laqgħa mal-Prim Ministru f’Kastilja

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi llum kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela f’Kastilja.

Dan ħabbru l-Prim Ministru permezz ta’ tweet.

Fl-aħħar jiem, l-Arċisqof għamel diversi appelli biex il-Gvern Malti jaqdi d-dmirijiet tiegħu li jsalva l-ħajjiet u jara li l-immigranti f’periklu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija jiġu assigurati post ta’ sigurtà.

Hu u jkun intervistat minn Fr Joe Borg waqt xandira diretta ta’ Newsbook Q&A, l-Arċisqof appella wkoll lill-pubbliku biex meta jħares lejn immigranti f’periklu jistaqsi lilu nniffsu, “X’nagħmel kieku t-tifel f’nofs ta’ baħar kien tiegħi?”