L-Arċisqof b’donazzjoni biex jinbena mill-ġdid l-Ark ta’ San Publiju

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar dalgħodu li ta d-donazzjoni tiegħu sabiex jgħin lill-Arċipriet tal-Furjana jwitti l-ewwel pass biex terġa’ tinbena mill-ġdid l-Arka trijomfali ta’ San Publiju.

Dan ħabbru fi Tweet ftit tas-sigħat wara li ħarġet l-aħbar fil-midja. Bosta qed jiddeskrivu l-ħruq tal-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana bħala att krudili u miskin.

Aqra: “Att krudili”; Nirien jaħkmu l-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana

Kelliem għall-Pulizija kmieni dalgħodu spjega li ġew infurmati li kien hemm xi struttura tal-festa li ħadet in-nar għall-ħabta tas-1.30am fi Triq San Tumas. Kawża tan-nirien, inħarqu wkoll erba’ karozzi li kienu pparkjati fil-madwar.