L-Arċisqof Awstraljan se jappella s-sentenza ta’ ħabs

L-Arċisqof Awstraljan, li instab ħati fuq ħabi t’abbuż sesswali fuq tfal fil-Knisja, qal li se jappella l-kundanna tiegħu u se jirreżisti l-pressjoni biex jirriżenja.

Philip Wilson, 67, ġie kkundannat f’Mejju li ma kixifx l-abbuż minn qassis ieħor, James Fletcher, wara li kien mgħarraf dwaru fl-1976 minn żewġ vittmi, wieħed minnhom abbati li fetaħ qalbu ġewwa l-konfessjonarju.

Huwa jokkupa l-kariga t’Arċisqof t’Adelaide, iżda ma rriżenjax, minkejja l-pressjoni mill-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull, kif ukoll minn diversi grupp li jirrapreżentaw lill-vittmi.

“Għandi l-intenzjoni li nressaq appell kontra l-kundanna tiegħi”, qal Wilson f’dikjarazzjoni uffiċjali.

“Ma għandix l-intenzjoni li nirriżenja f’dan il-mument. Madankollu, jekk ma nirnexxix fl-appell tiegħi, se nibgħat immedjatament ir-riżenja tiegħi lill-Papa.”