L-Arabja Sawdija tiċħad il-pożizzjoni tal-Istati Uniti dwar Khashoggi

REUTERS/Osman Orsal/File Photo

L-Arabja Sawdija ċaħdet il-pożizzjoni li ħa s-Senat tal-Istati Uniti dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi, fejn qal li r-reat kien xiħaġa li jirrifletti kif jimxi r-Renju kollu. Dan wara li ntbagħtet stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Sawdi.

L-istqarrija kompliet tgħid li dawn l-akkużi huma bla evidenza u kif ukoll jindaħlu fl-affarijiet tal-intern tas-Sawdi. Il-Ministeru żied jgħid li r-Renju kien diġa’ għamilha ċara li l-qtil ta’ Khashoggi kien reat kbir li ma jirrifletti bl-ebda mod kif isiru l-affarijiet fil-pajjiż.

Dan wara li s-Senat tal-Istati Uniti ivvota li jwaqqaf s-sapport militari tal-Istati Uniti fil-gwerra f’Yemen, u li għandu jitfa’ l-ħtija fuq il-prinċep tas-Sawdi għall-qtil ta’ Khashoggi.