L-Arabja Sawdija tibdel il-liġijiet biex tilqa’ aktar turisti

REUTERS/Nael Shyoukhi

Read in English.

L-Arabja Sawdija se tkun qed tiftaħ il-fruntieri tagħha għal aktar turisti hekk kif saru tibdiliet fil-liġi biex ġew introdotti Visas ġodda għal 49 pajjiż. Il-Ministru għat-Turiżmu ddeskriva dan bħala moment storiku għall-pajjiż.

Il-renju tal-Arabja Sawdija għamel dan il-pass bl-għan li ma jibqax jiddependi wisq fuq l-industrija taż-żejt. L-ewwel pjanijiet juru li l-Arabja Sawdija trid tkabbar l-ekonomija mit-turiżmu minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku għal 10% sal-2030.

Fost il-liġijiet se jinbidlu fl-Arabja Sawdija huwa maħsub li l-liġijiet dwar l-ilbies tan-nisa li jżuru l-pajjiż jiġu inqas stretti.

Il-Ministru għat-Turiżmu qal ukoll li l-pajjiż għandu ħafna x’joffri fosthom kultura u sbuħija naturali, kif ukoll ħames siti tal-UNESCO.