L-Arabja Sawdija qed thedded azzjoni militari kontra il-Qatar – rapporti

Ir-Re Salman tal-Arabja Sawdija hedded li jieħu azzjoni militari jekk il-Qatar tinstalla sistema tad-difiża Russa, skont il-gazzetta Franċiża Le Monde.
Skont ir-Reuters, l-Arabja Sawdija, l-Eġittu, il-Bahrain, u l-Emirati Għarab Magħquda qatgħu r-rabtiet diplomatiċi u ekonomiċi li kellhom mal-Qatar is-sena l-oħra. Akkużaw lil Doha talli appoġġjat it-terroriżmu, allegazzjoni li l-Qatar ċaħdet.
Il-Qatar u r-Russja ffirmaw ftehim fuq il-kooperazzjoni militari u teknika s-sena l-oħra.
Ritratt: Reuters