“L-aqwa ziju li jista’ jkolli” – Yasmin

Ritratt: Facebook/YasMin

Messaġġ ta’ awgurju lill-kantant Ivan Grech li llum qed jiċċelebra għeluq snin. Il-messaġġ wasal mingħand in-neputija tiegħu Yasmin, bint Norman u Josette Hamilton, oħt Ivan.

Fil-messaġġ tagħha, Yasmin, irringrazzjat lil Ivan bħala dak li jieħu ħsiebha mhux bħala ziju iżda daqs li kieku kienet bintu.

Ritratt: Facebook/YasMin

“Ninsab kburija bik b’dak kollu li tagħmlu u b’dak kollu li ksibt. Jixraqlek il-ferħ kollu tad-dinja,” kompliet tikteb hi waqt li fl-istess messaġġ iddeskrivietu bħala l-aqwa ziju li tfajla jista’ jixtieq li jkollha.

Awguri Ivan!