Zalza tat-tadam

Ingredjenti

kilo u nofs tadam

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

110g basal imqaxxar u mqatta’ fin

1 ras ta’ tewma, mgħaffġa

12-il-werqa tal-ħabaq

bżar u melħ

Metodu

Qatta’ t-tadam biċċiet kbar.

Saħħan iż-żejt f’forma u sajjar il-basla u t-tewm għal 5-6 minuta fuq nar tassew bati sakemm jirtabu u jieħdu kulur dehbi.

Żid it-tadam u l-biċċiet ta’ 4 weraq tal-ħabaq. Żid ftit melħ u bżar, ħawwad tajjeb u ħallihom fuq nar moderat, bla għatu, sakemm il-likwidu jkun kważi evapora għal kollox u t-tadam ikun sar bħal ċappa waħda. Matul il-perjodu tat-tisjir ħawwad xi kultant.

Issa uża blender tal-idejn biex tgħaffeġ it-tadam, imma mhux ħafna. Żid il-ħabaq li jkun fadal f’biċċiet.

Servi fuq l-għaġin bil-ġobon Parmiġġjan fil-wiċċ.