“L-aqwa u l-aħjar għal persuni b’kundizzjoni newroloġika” – Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-persuni li jsofru minn kundizzjonijiet newroloġiċi jistħoqqilhom l-aħjar ambjent ta’ kura u l-ogħla kwalità ta’ servizz.
Dan irrimarkah meta żar Dar Bjorn f’Ħal Qormi, dar immexxija minn Bjorn Formosa li tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta’ persuni b’kundizzjonijiet simili.
Delia faħħar lil Bjorn u rringrazzjah tal-impenn tiegħu sabiex dan il-proġett ikun jista’ jitwieled u jibqa’ għaddej.
Żied jgħid li l-atmosfera f’Dar Bjorn mhix ta’ klinika jew sptar iżda waħda sabiħa u akkoljenti bħalma jixraq lill-pazjenti li sservi.
Dar Bjorn ilha miftuħa biss ftit ġimgħat.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Nickie Vella de Fremeaux, li hija l-avukat tal-Fondazzjoni Djar ALS.