L-aqwa plejers tat-tennis lokali jikkompetu fil-BOV Masters

L-aqwa tmien plejers lokali tat-tennis se jkunu qed jikkompetu għall-ewwel post waqt il-kapjonat tat-tennis BOV Masters.
Matthew Asciak, magħruf bħala t-top-speed, se jkun qed jikkompeti sabiex jipprova jikseb il-ħames titlu konsekuttiv f’dan il-kampjonat, u s-seba’ titlu minn meta ġie mniedi lura fl-2010. Hu rebaħ kull edizzjoni apparti dik tal-2012 meta ma setax jipparteċipa minħabba impenji internazzjonali.
It-tieni deed Denzil Agius u t-tielet seed Omar Sudzuka se jkunu qed ifittxu li jieħdu t-titlu mingħand Asciak.
Il-kampjonat se jara tmien plejers  maqsuma f’żewġ gruppi, bl-aqwa żewġ plejers minn kull grupp jikkontestaw fis-semi-finali. Il-finali se tintlagħab nhar il-Ħadd 7 ta’ Jannar fis-2:00pm. L-ewwel logħbiet intlagħbu llum.
Il-President tal-Federazzjoni tat-Tennis ta’ Malta, David Farrugia Sacco, stieden lill-pubbliku sabiex ikun preżenti għal dawn il-logħbiet. Huwa rringrazzja lil Bank of Valletta tal-appoġġ kontinwu għall-logħba tat-tennis.