L-aqwa mużika Maltija tingħaqad f’serata waħda

Il-Malta Concert Orchestra ħabbret li se ttella’ kunċert inawgurali fil-Belt Valletta.
Fi stqarrija l-orkestra qalet li dan l-avveniment bl-isem Suċċessi Maltin se jsir nhar il-Ġimgħa 21 t’April fi Pjazza Teatru Rjal.
Fost il-parteċipanti se jieħdu sehem Roger Tirazona, Mike Spiteri, Mayrose Mallia, Mary Spiteri u Olivia Lewis.
Waqt dan il-kunċert se jitkantaw diversi kanzunetti popolari Maltin ta’ kull żmien.
L-orkestra hi magħmula minn mużiċisti professjonali u semi-professjonali li jingħaqdu flimkien għal okkażżjonijiet speċjali.
Studenti, anzjani u familji jistgħu jibbenefikaw minn skontijiet speċjali fuq il-biljetti.
Aktar informazzjoni minn hawn.
Ritratt: Pjazza Teatru Rjal