​L-aqwa logħob onlajn se jiġi ppremjat

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Internazzjonali tal-logħob qed tniedi Gamezing 2014, kompetizzjoni dwar l-iżvilupp diġitali tal-logħob.
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal individwi, gruppi jew organizzazzjonijiet, li jistgħu jikkompetu fi tliet gruppi differenti: l-aqwa logħba edukattiva, l-aktar logħba popolari u l-aktar logħba divertimenti.
Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fl-24 ta’ Awwissu. Il-premjijiet jingħataw fil-11 ta’ Settembru 2014.