L-aqwa imitatur ta’ Michael Jackson għaż-Żurrieq

Ftit inqas minn xahar ieħor, NAVI, li huwa l-aqwa imitatur ta’ Michael Jackson madwar id-dinja, se jagħti kunċert live fiż-Żurrieq.
Fit-3 ta’ Lulju, NAVI mir-Renju Unit, se jkun fi Pjazza San Ġorġ, in-Nigret flimkien mal-band u ż-żeffiena tiegħu.
Id-dħul għall-kunċert, li qed jittella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, hu b’xejn, iżda se jinġabru donazzjonijiet b’risq Puttinu Cares.
Il-preżentaturi tal-kunċert se jkunu Pierre Cordina u Angie Laus.
Dettalji dwar dan il-kunċert se jingħataw nhar is-Sibt li ġej fl-10.30am fil-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq.
Aktar informazzjoni fuq 99009086 jew 79280078.