L-aqwa għaxar kowċis fid-dinja

Il-FIFA ħarġet il-lista tal-għaxar l-aqwa kowċis li huma nominati għall-Ballun tad-Deheb.
Fost l-oħrajn jispikkaw iż-żewġ Taljani li kisbu diversi suċċessi, il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Antonio Conte u l-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti.
Fil-lista nsibu wkoll il-kowċ tat-tim Ġermaniż Ċampjin tad-Dinja Joachim Loew, il-kowċ Spanjol ta’ Bayern Munich Pep Guardiola, il-kowċ Ġermaniż tat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti Jurgen Klinsmann, il-Portugiż ta’ Chelsea Jose Mourinho, iċ-Ċilen ta’ Manchester City Manuel Pellegrini, l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Arġentin Alejandro Sabella, l-Arġentin Diego Simeone l-kowċ ta’ Atletico Madrid u l-kowċ Olandiż ta’ Manchester United Louis Van Gaal.