“L-aqwa disa’ xhur ta’ ħajti” – Dinahlee lil Sonic

Awguri lill-attur Sonic-j Aquilina li llum qed jiċċelebra għeluq it-38 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-16 ta’ Lulju tal-1982.

F’okkażjoni ta’ għeluq sninu l-atturi li naraw bħala il-Minċott fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa kif ukoll bħala Sully fis-serje Sorelle, beda jirċievi numruu kbir ta’ messaġġi fosthom mingħand it-tfajla tiegħu Dinahlee.

Għal din il-koppja llum filfatt tfisser ċelebrazzjoni doppja għax dan huwa l-ewwel birthday tal-attur li huma qed iqattgħu flimkien, kif ukoll huwa l-anniversarju tal-ewwel disa’ xhuur tar-relazzjoni tagħhom.

It-tfajla rringrazzjat lill-attur ta’ dak kollu li jagħmel magħha u l-apċenzja li jieħu biha ta’ kuljum u filwaqt li awguratlu l-isbaħ xewqat iddeskriviet l-aħħar disa’ xhur bħala l-aqwa li kellha f’ħajjitha.

Sonic-j Aquilina ħa sehem b’bosta produzzjonijiet oħra bħal Santa Monika kif ukoll numru ta’ produzzjonijiet teatrali.

Bħala Sully fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u għal aktar ċelebrazzjonijiet flimkien ma’ Dinahlee.