
Read in English.
Il-bastiment Aquarius, b’629 immigrant abbord, wasal fil-port ta’ Valenzja fi Spanja llum, wara li dawn qattgħu disat ijiem fil-baħar. Dan il-każ qajjem kwistjoni fl-Ewropa dwar kif għandhom jissolvew sitwazzjonijiet simili tal-immigranti.
Spanja intervjeniet biex tgħin lil dan il-grupp ta’ immigranti Afrikani l-ġimgħa l-oħra, wara li l-Italja u Malta rrifjutaw li jaċċettawh jidħol fil-pajjiżi rispettivi.
Din is-sitwazzjoni wriet kif l-Unjoni Ewropea għadu ma rnexxiliex taqbel fuq kif tirreaġixxi għal sitwazzjoni bħal din, ta’ numru kbir ta’ nies li jkunu qegħdin jaħarbu l-faqar u l-kunflitt.
Total ta’ 2320 persuna, fosthom voluntiera, tradutturi, pulizija u uffiċjali tas-saħħa stennew l-Aquarius u ż-żewġ bastimenti Taljani li laqgħu xi wħud mill-immigranti fuqhom biex jaqsmu l-piż tal-vjaġġ.
Malli wasal il-bastiment, is-seba’ nisa tqal abbord għandhom ittieħdu fuq l-art għal check-up, u dawk kollha abbord, inklużi 123 tifel jew tifla, ngħataw attenzjoni psikoloġika, qalu l-uffiċjali tar-Red Cross Spanjola.
Kien hemm għajat u kant malli l-106 immigrant fuq il-vapur Taljan lemħu l-art, qalet fi tweet il-ġurnalista Spanjola Gabriela Sanchez.
