L-APS Bank jilqa’ lill-Isqof Mario Grech

Read in English.

L-APS Bank dan l-aħħar laqa’ lill-Isqof Mario Grech qabel ma dan telaq għall-Vatikan meta ħa l-ħatra bħala l-ProSegretarju Ġenerali l-ġdid tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Is-Sur Frederick Mifsud Bonnici, iċ-Ċermen tal-Bank APS, esprima r-ringrazzjament tiegħu lil Mons Grech għall-interess u l-appoġġ tiegħu matul is-snin tiegħu fit-tmexxija tad-Djoċesi ta’ Għawdex, it-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank.

Mons Grech ġie ppreżentat b’pittura tal-2012 ta’ Richard Saliba li turi ċ-Ċittadella ta’ Għawdex u l-pajsaġġ tal-madwar fl-istil uniku ta’ Saliba b’kuluri kontrastanti.

L-Isqof Grech ħa l-okkażjoni biex irringrazzja lill-Bord u l-Management tal-Bank għall-impenn kontinwu tagħhom għall-progress ekonomiku u soċjali tal-Gżejjer Maltin u ħeġġiġhom biex iżidu aktar ir-rwol ewlieni tal-Bank speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida.

Għal din l-attività attendew ukoll Mons. Eddie Zammit, is-Sur Victor Gusman, Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi u membru tal-Bord tal-Bank APS, il-Kap Eżekuttiv Marcel Cassar u membri oħra tal-Maniġment.