L-applikazzjoni biex il-lukanda Jerma tinbena mill-ġdid ilha mill-2008

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, għandha quddiemha applikazzjoni biex il-lukanda Jerma Palace f’Wied il-Għajn, tinbena mill-ġdid.
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
L-applikazzjoni outline ilha pendenti mill-2008 u fiha qed jintalab permess fil-prinċipju għal bini ta’ lukanda ta’ ħames stilel flimkien ma’ numru ta’ appartamenti.