Filmat: “Il-poplu għadu jirrispondi għall-appell ta’ Dun Mikiel” – Fr Martin

30 siegħa maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Posted by 103 on Wednesday, December 30, 2020

Matul il-maratona ta’ 30 siegħa li għaddejja fuq l-istazzjon tar-radju 103FM Malta’s Heart, Fr Martin Micallef spjega l-bidu tat twaqqif tad-dar tal-Providenza.

Huwa spjega li minkejja li kulħadd kien qiegħed jaqta’ qalb Dun Mikiel Azzopardi biex issir din id-dar huwa ma qatax qalbu. SpjegKompla li fl-1965 Dun Mikiel kien qiegħed iqaddes quddies fil-Kappella tal-Providenza u talab quddiem ix-xbieha tal-Madonna.

Fuq il-programm li kien jagħmel fuq ir-Redifussion Mons. Azzopardi għamel l-appell tiegħu u spjega din il-ħolma li kellu li jkun hawn dar għall-persuni b’diżabilità. Dan l-appell intlaqa’ u ta’ bidu għal miraklu ta’ providenza. Huwa spjega li meta Azzopardi mar lura d-dar sab mara tistennieh u tagħtu donazzjoni ta’ 100 lira li kienet fadlet għas-safra tagħha. Huwa qal li din ix-xita ta’ providenza u ġenerożita għadna qed ngħixuha llum u xhieda ta’ dan hija l-mod li bih il-poplu rrisponda bi ħġaru anke meta d-Dar iffaċċjat l-isfidi f’din is-sena straordinarja.

Kif tista’ tgħin din is-sena?

  • Segwi 103 Malta’s Heart minn għada l-Erbgħa fis-6am sa 12pm tal-Ħamis, 31 ta’ Diċembru
  • Segwina LIVE billi tagħfas hawn
  • Agħti donazzjoni billi tagħfas hawn
  • Ċempel fuq 5160 2012 biex tagħti donazzjoni ta’ €10 (VO 1066)
  • Ċempel fuq 5180 2014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25 (VO 1066)
  • Ibgħat SMS fuq 5061 8922 biex tagħti donazzjoni ta’ €7 (VO 1066)