L-appartamenti ta’ Puttinu jilqgħu l-akbar għadd ta’ pazjenti

L-2016 bdiet bl-akbar għadd ta’ pazjenti Maltin f’Sutton fir-Renju Unit.
Puttinu Cares qalet li 14-il pazjent qed jingħata l-kura fl-isptar Royal Marsden, fejn flimkien mal-familji tagħhom se jdumu l-Ingilterra bejn erba’ u sitt xhur.
Spjegat kif il-pazjenti u qrabathom se jkunu offruti akkomodazzjoni b’xejn fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares.
“Il-poplu Malti u Għawdxi kien u għadu l-isponsor ewlieni biex intaffu ftit mit-tbatija ta’ dawn il-pazjenti,” jgħid Puttinu.