L-appartamenti li jinkrew għall-vaganzi rduppjaw mill-2013 s’issa

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ppreżentat lista ta’ residenzi li qed jintużaw għal kirjiet qosra jew għall-vaganzi fejn kien jidher li mill-2013 sal-2020, ir-residenzi tat-tip irduppjaw.

Hi kienet qed twieġeb mistoqsija tal-MP Ivan Bartolo li staqsa sabiex il-Ministru tikkonferma kemm hemm appartamenti liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) bħala Airbnb mill-2013 ‘l hawn.

Il-Ministru spjegat li l-MTA ma tilliċenzjax propjetà għal sistema online partikolari bħall-Airbnb imma tilliċenzja propjetà sabiex tkun mikrija lit-turisti, magħrufa wkoll bħala short-let jew holiday premises. Filwaqt li fl-2013 kien hawn total ta’ 2,015 il-propjetà tat-tip, sal-21 ta’ April tal-2020 il-propjetajiet tat-tip telgħu għal 3,992.

Tista’ tara t-tabella hawn taħt:

SENA TOTAL
2013 2015
2014 2118
2015 2327
2016 2642
2017 3049
2018 3331
2019 3851
2020 3992