L-apparat mediku se jara titjib

L-apparat mediku kollu se jara titjib fil-kwalità filwaqt li s-sigurtà tal-pazjenti se tkun aktar protetta.
Dan hekk kif il-Kummissjoni Ewropea laqgħet l-addozzjoni tal-proposta tagħha għal żewġ Regolamenti dwar l-apparat mediku li jistabbilixxu qafas leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea aktar modernizzat biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika.
Ir-Regolamenti se jtejbu s-sorveljanza u t-traċċibbiltà tas-suq kif ukoll se jiżguraw li l-apparat mediku kif ukoll dak dijanjostiku jirriflettu l-aħħar riċerki xjentifiċi u teknoloġiċi moderni.
Barra minn hekk, ir-Regolamenti se jipprovdu wkoll aktar trasparenza u ċertezza legali għall-produtturi, il-manifatturi u l-importaturi filwaqt li se jgħinu biex jissaħħu l-kompetittività internazzjonali u l-innovazzjoni f’dan is-settur.
Ritratt: Arkivji