Ritratti: L-anzjani ta’ Casa Antonia jmorru lura fiż-żmien

Residenti ta’ Casa Antonia, id-dar ta’ kura u residenzjali f’Ħal Balzan, attendew il-kunċert ta’ kull sena għall-anniversarju fil-ġnien tad-dar.
Il-programm beda bil-Kor u Orkestra ta’ Maria Bambina taħt id-direzzjoni ta’ Mro Kenneth Fenech, segwiti mill-kantanti Chiara u Enzo Gusman li kantaw kemm kanzunetti Maltin kif ukoll oħrajn Taljani u Ingliżi, uħud minnhom ta' snin ilu. 
Għal diversi drabi, ir-residenti u l-mistednin ingħaqdu fis-‘sing along’ hekk kif ħafna ftakru f’memorji sbieħ tal-passat.
Id-Direttur Maniġerjali Edward Vella u l-Maniġer Ġenerali Dr Sarah Cassar irringrazzjaw lill-istaff, infermiera u persuni li joffru kura għad-dedikazzjoni kbira tagħhom, kif ukoll lir-residenti għall-koperazzjoni u parteċipazzjoni sħiħa tagħhom.
Aktar minn 120 impjegat mħarrġa joffru servizz olistiku lir-residenti: akkommodazzjoni komda, kura medika u servizzi oħra bħal hairdressing, attivitajiet soċjali, u okkażjonijiet privati, fost oħrajn.
F’Casa Antonia, ir-residenti ikollhom  ħafna attivitajiet soċjali li jinkludu quddiesa kuljum, tombla, tisjir, snajja, ħarġiet regolari, mużika, ċinema, keep-fit kull ġimgħa u okkazzjonijiet speċjali. Issir ukoll quddiesa miċ-Church of England għar-residenti barranin.