L-anzjani huma l-memorja tal-umanità

Pope Francis greeted with singing of the Rainbow Choir and a group of senior citizens with Alzheimer

Grupp ta’ anzjani bil-kundizzjoni tal-Alzheimer li kienu qed jagħmlu pellegrinaġġ f’Ruma kienu milqugħa fil-Vatikan mill-Papa Franġisku.  Il-grupp minn Bonheiden fil-Ġermanja kien akkumpanjati mir-Rainbow Choir mill-isrtess lokalita.  L-anzjani u l-kor kantaw flimkien għall-Papa li deher kommoss ħafna.

Qawsalla ta’ imperfezzjoni li togħġob lil Alla

Il-kundizzjoni tal-Alzheimner li tolqot lill-anzjani ħafna drabi tkun akkumpanjat mill-kundizzjoni l-oħra tad-dementia.  Permezz tal-kant, ir-Rainbow Choir jgħin lil dawn l-anzjani biex kuljum jinġabru jitolbu u jisimgħu ‘l quddies. L-anzjani ikantaw mal-Kor u dan iservi bħala ħolqa bejn il-passat u l-preżent, memorja li l-marda tagħhom, speċjalment id-dementia, spiss tnessihom.

F’kelmtejn li għamililhom, il-Papa Franġisku qal li l-kant tagħhom flimkien kien ta’ konsolazzjoni u appoġġ li jgħinhom ikomplu mexjin u jġorru l-piż tal-mard tagħhom. Il-vulnerabilità tagħhom tagħmel il-kant aktar prezzjuż. “Naħseb li meta naqsmu d-djufija tagħna u naċċettawha, hi l-isbaħ għanja li togħġob lil Alla, qawsalla mhux ta’ perfezzjoni imma ta’ imperfezzjoni”, qalilhom il-Papa.

It-tenerezza tagħmilna umani

Meta ndirizza lis-Surmast tal-Kor, il-Papa ddeskrivih bħala “il-bakketta tat-tenerezza” u spjega kif bil-ġesti kull surmast iżomm flimkien l-ilħna u l-istrumenti mużikali. F’dan il-każ, il-ġest tas-surmast hu wieħed speċjali “ġest ta’ tenerezza li jagħmilna lkoll aktar umani”.

Il-Papa spjega lill-anzjani u lill-koristi li bit-tenerezza tagħhom  kienu qed josservaw ir-raba’ kmandament – weġġagħ lill-anzjani li huma l-memorja tagħna.

Aktarx li uħud minnhom tilfu l-memorja imma huma s-simbolu tal-memorja ta’ poplu, huma l-għeruq ta’ pajjiżhom u tal-umanità. Huma l-għeruq u ż-żgħażagħ għandhom jersqu lejn l-anzjani biex jixorbu mill-għeruq tagħhom u jkompli jmexxu ċ-ċiviliżazzjoni.