“L-anzjani għandhom jinżammu fil-komunità” – PD

Il-Partit Demokratiku sostna li l-anzjani għandhom jinżammu fil-komunità u jgħaddu minn programm ta’ riabilitazzjoni u mhux jittieħdu f’kumplessi kbar bħal San Vinċenz de Paule.

Dan qalu l-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr Anthony Buttigieg waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu.

Fost l-ispunti li qajjem fid-diskors tiegħu, Buttigieg insista li l-gvern qed ipoġġi l-ħbieb tal-ħbieb qabel l-anzjani, speċjalment meta wieħed iqis l-irregolaritajiet riċenti li ħarġu dwar San Vinċenz.

Hawnhekk għamel referenza għall-kuntratt li se jara l-infieq €274 miljun fuq proġett ta’ estensjoni ta’ 500 sodda ġdida fir-residenza ta’ San Vinċenz. Irrimarka li li kieku dawn il-flus intefqu sabiex jinbnew djar tal-anzjani fl-irħula, pass li jsostnu li kien juri li l-Gvern qed juża assi pubbliċi favur iċ-ċittadini u mhux favur interessi privati.

Min-naħa l-oħra, il-Membru Parlamentari għall-Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia sostna staqsa għaliex il-Ministru Edward Scicluna ma ġiex ikkonsultat dwar dan il-kuntratt. Sostna li dan it-tip ta’ kuntratt għal demokrazija Ewropea mhux ħaġa normali u saħansitra qed jitlob li jingħata ‘rigal’ mill-kuntrattur.

Fid-diskors tiegħu Farrugia sostna li l-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ sieket minkejja l-kap, Adrian Delia, qed jiltaqa’ mal-kuntratturi li ngħataw il-kuntratt. Għaldaqstant jinsisti li s-silenzju jitkellem waħdu.

Abbażi ta’ dan, Farrugia qal li nkitbet ittra lill-Kumitat Permanenti dwar Kontijiet Pubbliċi biex issir laqgħa b’urġenza u l-każ jiġi referut għall-Awditur Ġenerali sabiex isir aktar stħarriġ. Insista li hemm bżonn investigazzjoni retta speċjalment fejn jidħol l-iffirmar tal-konċessjoni biex tinbena l-binja.

Press Conference 12.08.18 – Irregularities at San Vincenz de Paule

Irregularities at San Vincenz de Paule1) The government is putting friends of friends before our elderlya. Contract that has social aspects and safeguards the dignity of vulnerable people.b. Government is using public assets to favour private interests and putting pro-business interests before all consideration for our elderly2) Minister Edward Scicluna did not know about this contract. What was the reason for going behind his back?a. Since then, the PM has reduced the portfolio of the Minister of Finance. Why?b. Is it possible that the PM is more knowledgeable than Prof Scicluna?3) Contract that is not normal in a European democracy. A contract that asks for a non-specified ‘gift’.4) The PN Opposition remains silent despite the fact that the Leader of the Opposition met the contractors who were awarded the contract.5) A letter has been written to the Permanent Committee for Public Accounts in order to ask the Committee to meet with urgency and to refer the case to the Auditor General for further investigation.Irregolaritajiet f’San Vinċenz1) Il-gvern qed ipoġġi l-ħbieb tal-ħbieb qabel l-anzjani.a. Kuntratt li għandu aspetti soċjali u li jhares id-dinjità tal-persuni f’età vunerabbli.b. Il-Gvern qed juża assi pubbliċi favur interessi privati u jqiegħed l-interessi ta’ pro-buisness qabel kull interess tal-anzjani. 2) Il-Ministru Edward Scicluna ma kienx jaf dwar dan il-kuntratt. X’ kienet ir-raġuni li nqabeż il-Ministru Scicluna?a. Minn dak iż-żmien ‘l hawn il-PM naqqas mill-portofolio tal-Ministru tal-Finanzi. X’ inhi r-raġuni? b. Possibbli l-PM jifhem aktar mill-Prof Scicluna?3) Kuntratt li għal demokrazija Ewropea mhux normali. Kuntratt li jitlob li jingħata ‘rigal’ mhux speċifikat.4) L-Oppożizzjoni PN tibqa’ siekta minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni jiltaqa’ mal-kuntratturi li ngħataw il-kuntratt.5) Nkitbet ittra lill-Kumitat Permanenti dwar Kontijiet Pubbliċi biex il-Kumitat jiltaqa’ b’urġenza u jirreferi l-każ lill-Awditur Ġenerali għal aktar stħarriġ.

Posted by Partit Demokratiku on Sunday, August 12, 2018