L-anzjani għandhom jibbenefikaw minn roħs fid-dawl – Fearne

Chris Fearne

Il-kandidat għall-mexxej tal-PL Chris Fearne qal li l-anzjani għandhom jibbenefikaw minn roħs fid-dawl.

Fi stqarrija Fearne qal li persuni ‘l fuq minn 80 sena għandhom jibbenefikaw mill-benefiċċju tal-enerġija b’mod awtomatiku. Id-Deputat Prim Minisru qal ukoll li din il-proposta tkun tiswa mat-€3,200,000. Aktar minn 14,000 persuna jkunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema.

Fearne spjega li beħsiebu jħaddem din il-proposta biex l-anzjani tagħna jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Qal li “permezz ta’ din il-proposta persuni miżżewġa jew waħedhom, u li għandhom 80 sena jew aktar, ma jibqax ikollhom aktar bżonn li joqgħodu għat-test tal-mezzi biex jikkwalifikaw minn aktar roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, permezz tal-benefiċċju tal-enerġija.”