L-anzjani f’San Vinċenz de Paul jiċċelebraw Jum il-Missier

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis iltaqa’ mar-residenti u l-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul f’Ward 1 fejn tqassmu r-rigali tal-okkażjoni.
F’laqgħa mal-anzjani fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, Anthony Agius Decelis saħaq li l-missier għandu rwol importanti ħafna għall-familja speċjalment fit-trobbija tal-ulied.
Qal li għalhekk l-ulied ta’ missirijiet anzjani għandhom joffru l-appoġġ u mħabba f’din il-fażi delikata tal-anzjanità.
Huwa ħeġġeġ sabiex il-familjari ma jinsewx lill-qraba tagħhom u jżuruhom matul is-sena kollha.
Is-Segretarju Parlamentari żar resident ta’ 90 sena li kien qiegħed jiċċelebra dan il-jum flimkien mal-familjari tiegħu.
Ritratti: DOI: Clifton Fenech