L-anzjan ‘mitluf’ jinstab f’lukanda f’San Pawl il-Baħar

Instab f’lukanda f’San Pawl il-Baħar, ir-raġel Ingliż ta’ 90 sena li fl-aħħar 24 siegħa r-ritratt tiegħu dar madwar id-dinja.
Fuq il-mezzi soċjali, in-neputija ta’ Harold Grist tellgħet ritratt ta’ zijuha u qalet li bħalissa qed jgħix Malta. Spjegat li kien ilu ħafna ma jkellem lil qrabatu u talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab.
L-aħħar li ntlemaħ Harold, kien fil-lukanda Topaz f’San Pawl il-Baħar.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-anzjan instab f’lukanda oħra f’San Pawl il-Baħar stess.
Fuq Facebook, in-neputija ta' Harold li tgħix fir-Renju Unit qalet li se torganizzalu kejk f'għeluq id-90 sena tiegħu.