L-antibiotiċi inkwetanti daqs attakki terroristiċi

Kummenti impressjonanti kienu dawk tal-Professoressa Sally Davies, l-eks uffiċjal mediku għoli tal-Ingilterra. Skont hi, ir-reżistenza tal-ġisem uman għall-antibiotiċi għandha titqies bl-istess serjeta daqs attakki terroristi fil-lista ta’ theddid għan-nazzjonijiet madwar id-dinja.

Wissiet li fi żmien 20 sena, operazzjonijiet li llum inqisuhom normali jistgħu jibdew ifallu, minħabba r-riskju ta’ infezzjoni.

Qalet li jekk ma tittiħidx azzjoni mmedjata, id-dinja medika tista’ tmur lura għal dak li kienet fis-seklu 19, meta infezzjoni kienet taħtaf il-ħajja ta’ bniedem f’ħakka t’għajn.