L-antibijotiċi jipprevjenu jew jikkuraw il-coronavirus?

Antibiotics

Read in English.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tispjega kif l-antibijotiċi ma jaħdmux kontra l-viruses, u għaldaqstant lanqas kontra l-coronavirus. Jaħdmu biss fuq il-baktirja. 

Il-WHO tispjega li madanakollu, jekk wieħed jiddaħħal l-isptar għal COVID-19, il-kura tista’ tinkludi antibijotiċi, minħabba li tkun iktar possibbli infezzjoni permezz ta’ baktirja. 

20th-March-WHO - Coronavirus

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn