L-ansjetà: X’għandek tagħmel u tgħid?

Minkejja li hemm ħafna affarijiet li wieħed m’għandux jgħid lill-persuni li jbatu mill-ansjetà, hemm bosta messaġġi oħra li jistgħu jinkoraġġixxu lil dawn il-persuni sabiex ikomplu mal-ħajja.
L-ansjetà tirreferi għall-kundizzjonijiet psikjatriċi li jġiegħlu persuna tinkwieta jew tibża ż-żejjed. Ħafna drabi, il-kundizzjonijiet li jaqaw taħt il-kappa tal-ansjetà jkunu jinvolvu wkoll panic attacks, ansjetà soċjali, ansjetà ta’ separazzjoni u xi ksenofobiji (phobias).
Jekk tixtieq tgħin persuna li tbati mill-ansjetà, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hija tibda billi tifhem x’inhi l-ansjetà, u x’affarijiet li forsi jistgħu iġiegħlu lill-persuna kkonċernata tħossha barra mill-ilma.
X’għandek tgħid lill-persuni li jbatu mill-ansjetà?

  1. “Tinsab tajjeb/tajba?”
  2. “Jekk ikollok bżonn titkellem ma xi ħadd, jien dejjem hawn għalik.”
  3. “L-inkwiet u l-biżgħat tiegħek mhumiex stupidi.”
  4. “Ħu ż-żmien kollu li għandek bżonn.”
  5. “Ejja nsibu flimkien x’kien li wasslek biex tħossok anzjuż jew anzjuża.”
  6. “Kif nista’ ngħinek?”
  7. “Dejjem għandi tazza te’ lesta għalik id-dar.”
  8. “L-emozzjonijiet li qed tħoss bħalissa se jgħaddu.”
  9. “Naf li din mhix xi ħaġa li tista’ tikkontrolla.”
  10. “Jiena nħobbok, jiġri x’jiġri.”
  11. “Le, m’intix qed tiġġennen.”
  12. “Jekk trid, għidli x’inhu għaddej minn moħħok.”
  13. “Dejjem se ssibni hawn għalik.”

Jekk forsi ma tafx x’ħa taqbad tgħid, tgħid xejn, kun hemm għall-persuna. Xi kultant, li tpoġġi ma’ xi ħadd u tisma’ biss, ifisser ħafna.
Jekk tbati mill-ansjetà u tixtieq tfittex l-għajnuna, ikkuntattja lil dawn: Kellimni.comAġenzija SapportSedqaOASI Foundation jew Richmond Foundation.