L-annimali u l-bniedem

L-annimali u l-bniedem… X’relazzjoni hemm bejniethom l-aktar meta sid l-annimal ikun għaddej minn xi problema ta’ ansjetà, ta’ mard jew sitwazzjoni simili? San Franġisk għaliex kien iħobb tant u jitkellem mal-annimali? Fr Marcello Għirlando OFM u Robert Spiteri se jitkellmu ma’ Christine Delicata dwar dan is-suġġett illejla waqt il-programm Sensilhena li jixxandar fit-8.15pm fuq TVM 2.

L-istoriku tal-arti Hilary Spiteri se jitkellem ukoll fuq biċċa xogħol oħra relatata mat-tema ta’ dan il-programm waqt li Dr Geoffrey Schembri Adami se jagħtina l-aħħar kumment qabel ma’ Christine Delicata tagħlaq il-programm.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-programm ikollu repetizzjoni s-Sibt fis-7.30pm u l-Ħadd fid-9.00am fuq TVM2.