Read in English.
It-talba tal-Anġelus ta’ għada, li ssir mill-Papa, se ssir mil-Librerija tal-Palazz Appostoliku u mhux mit-tieqa bħas-soltu li tagħti għal fuq il-pjazza. It-talba se tkun qed tiġi mxandra live mill-Vatican News u fuq screens fi Pjazza San Pietru.
L-Udjenza Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu se ssir bl-istess mod. Dan tħabbar mill-midja tal-Vatikan stess.
L-istqarrija li nħarġet tispjega kif dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu fuq it-talba tal-awtoritajiet Taljani. Dan hu neċessarju li jsir biex ikun evitat it-tixrid tal-COVID-19. Barra minn hekk tħabbar li b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttorat tas-Saħħa u l-Iġjene tal-Istat tal-Vatikan, iċ-ċelebrazzjoni tal-quddies f’Santa Marta se tkun sospiża sal-Ħadd 15 ta’ Marzu.